L -ikbar praspura tiegħi
Jiena Grazziella, kelba tar- razza Pomeranian u għandi kulur abjad. Jisimni Grazziella minħabba li n-nanna ta' Maria sidti jisimha Grazziella wkoll.
Sidti Maria għanda sittax -il sena . Din tħobb ħafna il-klieb. Maria għanda lili , kelba sufija u żgħira . Sidti nadifa xummiema u jiena nieħu gost naraha tissupervja wara li tnaddaf il-ħmieġ li nkun qlajt fid-dar lussuża li ngħixu fiha . Hi tħobbni ħafna għalhekk tħallini norqod ħdejha fis-sodda. Jiena ma norqodx mingħajr ma ndaħħal il- pupu r- roża ħdejja għax dak il- ġugarell favourit.
Darba kont waħdi għax kien żmien il-Milied u Maria marret tiltaqa ma' sħababiex wara jiġu għal festin li preparat.
Maria kellha kullimkien imżejjen u mimli kejkijiet li lili beda qabadni aptit il-ħelu. F'daqqa waħda tajt is-salt u qbiżt fuq l-għamara biex nieħu gidma kejk imma sfortunatament żlaqt. Rajt il-pupu liebes l -aħmar bid-daqna bajda jsir frak ma l-art. Jien ippanikjat u ħrabt imma bi żball ġbidt id-dvalja tal-mejda u waqa il-kejk li Marija kienet preparat.F ħakka t'għajn rajt kollox jaqa .
Wara ftit daħlet Maria ma' sħabha,tistgħu taħsbu kif baqgħu ċċassati għal l- ewwel ħasbu li serquha imma x' ħin ratni imbeżża mill- ewwel indunat li għamilt waħda minn tieghi.
Dak inhar qlajt kastig kbir u ma erġajtx għamilta ta żaqqieqa darba oħra f'hajti. Sirt nipprova inġb ruħi sew kemm nista biex inpattilha tal- pacenzja li tiehu bija.