Dar Perla,



45,Triq ir-Riħan

Fgura,Malta.





30 ta' Novembru,2020.

Għażiża Mikela,

Nispera li tinsab tajba!Qed niktiblek din l-

ittra biex ngħidlek dwar il-passatemp il-ġdid tiegħi.


Nhar it-Tnejn erbatax ta' Lulju,2020 mort l-ewwel darba għal lezzjoni tal-għawm.Kienet xemx taqli l-ankri dik il-ġurnata u l-baħar kien kalm żejt.Kellna nieħdu magħna nuċċali tal-għawm u flippers.Il-grupp fih il-ħabiba tiegħi Emilja u l-kuġin tiegħi Clayton.Il-post fejn nittrenjaw huwa l-pixxina ta' Wied il-Għajn ħdejn il-lukanda Stilel.



Ommi toqgħod tieħu r-ritratti biex titfagħhom fuq facebook.Bdejt dan il-passatemp għax il-ġinnastika dejjqitni wara li kont ilni tlett snin nitgħallimha u jien ridt niskopri xi ħaġa ġdida.L-għawm jogħġobni għax fit-taħriġ ikollna t-tlielaq ta' ħamsin metru.Ħajjarni għax jien inħobb l-ambjent tal-baħar,l-ħut u nċafċaf f'ilma,qbiż u jekk trid tista' togħdos ġol-baħar ċar kristall.


Waqt li ngħum inħossni fis-seba' sema.Trid xi darba tiġi u toqgħod tarani ngħum u nogħdos m'ommi u ma missieri?Il-ħolm tiegħi hija li nsir għawwiema professjonali.Narak Mikela! Il-ħabiba tiegħek

Charlize💞💜