Maltempata Kbira
Darba fost l-oħrajn, infetħu bibien is-sema. Imsarni nizluli f' saqajja u qalbi bdiet tħabbat sitta sitta.
Dak il-ħin kont id-dar. Rajt għelieqi mifqugħin bl-ilma. Il-mewġ kien għoli, u kien tella' l-ħut fuq l-art. Is-silġ kien niezel u beda jħabbat mat- tieqa tal- kamra tiegħi.
In-nies li kienu barra kienu mbezzgħin. Il- pulizija kienu fit-toroq minħabba ħafna inċidenti li ġraw dak il-ħin. L-ambulanza kienet ġiet biex tiġbor ħafna nies biex imorru l-isptar.
Kienet kesħa xoqq l-għadam barra, għax kienet 7 c, u jien tant ħassejt bard li mort nieħu kikkra ċikkulata sħuna.
Imma l-għada kollox għadda b'wiċċ il-ġid u qawsalla kollha lwien feġġet fis-sema.