Jien noqgħod ġewwa ir-raħal taż-Żejtun.Iż-Żejtun għandu isem partikolari li jmur lura mijiet

ta' snin li ġej mill-kelma Semitika Għarbija żejtuna li tfisser żebbuġ,kemm għas-siġra kif ukoll

għall-frott tagħna.Fil-Malti ,il-kelma ''Żejtun'' intilfet u għalkemm nużaw il-kelma żejt kemm

għas-siġar u kemm għal-frott nużaw il-kelma żebbuġ.Kien għallhekk li l-motto li l-Kunsil Lokali għażel għaż-Żejtun huwa ''Frott iż-Żebbuġ Ismi''.

Waqt li fil-pajjiżi ta' Lvant Nofsani,L-Afrika ta' Fuq

u fi nħawi oħra fejn hemm

tradizzjoni ta' kultura Feniċja u Għarbija, il-kelma

Żejtun għada użata kemm

Għas-siġra kif ukoll għall-frott tagħha,fil-Malti

l-kelma baqgħet teżisti biss fl-isem ta' żewġ lokalijiet-iż-Żejtun tagħna u Għajn Żejtuna fil-Mellieħa.









Fiż-Żejtun issib ħafna knejjes u kif ukoll kappelli żgħar.Fosthom issib il-knisja ta' San Girgor.Din qabel kienet il-knisja parrokjali taż-Żejtun.Illum issib il-knisja parrokjali ta' Santa Katarina.Din qedha mibnija fiċ-ċentru taż-Żejtun.Għandha forma ta' Salib.Ġewwa

iż-Żejtun niċċelebaw il-festa ta' Santa Katarina li tiġi għal tieni ġimgħa

ta' Ġunju.








Jien nattendi ġewwa l-iskola ta' Sant Thomas

More Primarja B.Qabel din il-binja fl-antik

fiż-żmien il-Gwera kienet tintuża bħal sptar.Iż-Żejtun huwa maqsum żewġ partijiet bħala ir-raħal ta' fuq u ir-raħal ta' isfel.





































f

Mure