Il-kejk tal-frawli

Il-ħabiba ta' Marjo, Susie għamlet festin id-dar tagħha. Ommha għamlet kejk tal-frawli. Marjo kien mistieden. Susie kienet qiegħda tistennieh ħdejn il-mejda tal-kejk. Marjo qalilha jekk jistax jieħu biċċa kejk. Susie qatgħatlu biċċa kbira għax kienet taf li Marjo kien iħobb ħafna l-frawli.



Marjo qalilha 'grazzi' u bdew jitkellmu fuq il-proġett tax-xjenza li kellhom. F'daqqa waħda Marjo sema' kelb jinbaħ warajh. Kif dar induna li kien il-kelb ta' Susie, Chip. Marjo niżel biex imellsu imma meta kien se jmissu waqgħetlu l-kejk minn fuq il-platt! Chip ħataf il-kejk u telaq jiġri biha.





Marjo baqa' ċċassat u Susie bdiet tidħak. Chip kiel il-kejk u Marjo ħaseb li kien baqa' b'xejn. Imbagħad Susie qaltlu biex ma jinkwetax u li kienet se taqtagħlu biċċa ikbar minn ta' qabel!