Maltempata kbira

Kont qiegħed id-dar u kien hemm maltempata kbira bil-qliel,bis -sajjetti jfaqqgħu u r-ragħad ikarwat.

Meta mort nittawwal mit-tieqa, u rajt ħafna karozzi ġol-ilma u kienu infetħu bibien is-sema. Jiena lanqas stajt nemmen lil għajnejja, għax rajt ħafna pulizija u anke tal-protezzjoni ċivili jiġbru l-ilma u jitfgħu l-ilma fil-baħar.

L-għelieqi kienu mifqugħin bl-ilma u s-siġar kienu waqgħu fuq il-karozzi u jien kont ħa nistordi għax qatt ma rajt xena kerha bħal dik. Mort nieħu belgħa te' u meta xgħelt il-kitla nqata' d-dawl u bdejt nippankija u ħassejt qalbi ħa toħroġ u taqbad twerżaq. Imsarni niżluli f'saqajja għax beda dieħel l-ilma tax-xita fid-dar u bdejt nipprova nara x'nagħmel biex l-ilma jieqaf. Kien miraklu għax fil-kamra tal-ħasil rajt barmil vojt u jien tfajtu taħt is-saqaf fejn beda dieħel l-ilma.

Wara kwarta d-dawl ġie, u mit-tieqa ma rajtx xita iktar u bdejt naqbeż bl-eċitament. Rajt il-qawsalla li kellha ħafna kuluri differenti.

Kienet esperjenza kerha u ma nixtieqx li terġa' tiġri għax ħafna nies ma kinux ferħanin bil-maltempata kbira.